2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/51
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Pirelli Tyre vs EUIPO (żewġ strixxi mgħawġa fuq il-ġenb ta’ tajer)
(Kawża T-81/16)
(2016/C 156/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller, F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni tal-UE li tikkonsisti f’żewġ strixxi mgħawġa fuq il-ġenb ta’ tajer – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 388 293
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 10192015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur ta’ diversi prinċipji ta’ forma u proċedurali fl-evalwazzjoni tal-motivi assoluti
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy