13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/52
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)
(Kawża T-83/16)
(2016/C 211/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja), Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milan, l-Italja) (rappreżentanti minn: L. Trevisan u D. Contini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-UE “WIDIBA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 192 308
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każijiet Magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din ma laqgħetx it-talba għal restitutio in integrum, u tirrinvijja l-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;
F’każ li tiġi miċħuda l-ewwel talba suesposta,
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din laqgħet id-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 12 192 308 għal għadd ta’ oġġetti u servizzi speċifiċi, u tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-UE Nru 12 192 308 hija eliġibbli għar-reġistrazzjoni għal tali oġġetti u servizzi jew alternattivament tirrinvijja l-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex dan tal-aħħar jadotta l-miżuri konsegwenti;
Fi kwalunkwe każ,
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din laqgħet l-appell ta’ ING-DIBa dwar il-karti ta’ kreditu, u tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-UE Nru 12 192 308 hija eliġibbli għar-reġitsrazzjoni għal tali oġġetti u servizzi jew alternattivament tirrinvijja l-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex dan tal-aħħar jadotta l-miżuri konsegwenti;
Fi kwalunkwe każ,
—
tikundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA inkonnessjoni mal-proċeduri odjerni u ma’ dawk quddiem l-EUIPO;
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 81(1) u 60 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.