18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/39
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi fuq żarbuna)
(Kawża T-85/16)
(2016/C 136/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shoe Branding Europe (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkonċernata: ir-rikorrent
Trade mark ikkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni tal-UE, li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli mqegħda fuq is-superfiċji ta’ barra tal-parti superjuri ta’ żarbuna – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 477 701
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni appellata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 3106/2014-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
prinċipalment:
—
tannulla d-deċiżjoni appellata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
sussidjarjament:
—
tirreferi l-kawża lill-konvenut u tordna eżami mill-ġdid independenti mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14;
iktar sussidjarjament:
—
tirreferi l-kawża lill-konvenut, tordna sospensjoni tal-proċedimenti fuq l-eżitu tal-appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14, ippreżentata mir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Kawża Nru C-396/15 P, u meta tingħata s-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’din il-kawża, twettaq evalwazzjoni tagħha tas-similitudnijiet u d-differenzi bejn it-trade marks imqabbla.
Motivi invokati
—
il-konvenut żbalja meta ma wettaqx evalwazzjoni tiegħu tas-similitudnijiet u tad-differenzi bejn it-trade mark ikkontestata tar-rikorrenti u t-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi, irreġistrata bħala trade mark tal-UE Nru 3 517 646;
—
il-konvenut żbalja meta kkonkluda li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 kienu ssodisfatti.
Full & Egal Universal Law Academy