18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/40
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – Codorníu vs EUIPO – Bodegas Altun (ANA DE ALTUN)
(Kawża T-86/16)
(2016/C 136/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Codorníu SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ANA DE ALTUN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 860 913
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 199/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, jekk tintervjeni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) kif ukoll tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy