18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/40
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Eurofast vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-87/16)
(2016/C 136/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eurofast SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ kumpens tas-17 ta’ Diċembru 2015 tal-Kummissjoni;
—
tiddikjara li l-kreditu li l-Kummissjoni tallega li żżomm fir-rigward ta’ Eurofast, skont il-kuntratt ASSET, huwa infondat;
—
tiddikjara li l-ispejjeż kollha magħmula fuq il-proġett ASSET, jiġifieri EUR 507 574 huma eliġibbli u li l-Kummissjoni tikkonferma l-leġittimità tal-finanzjament, kif speċifikat mill-Grant Agreement, jiġifieri EUR 365 639;
—
tordna lill-Kummissjoni li twettaq il-ħlas tas-somma ta’ EUR 69 923,68 skont il-kuntrat EKSISTENZ flimkien mal-interessi moratorji;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumpens kuntrattwali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, rispettivament invokati insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ kumpens li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2015 u tat-talba tagħħa għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza tal-kreditu kuntrattwali inkwistjoni.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-Artikolu II.21 tal-FP7 Grant agreement, Annex II – General conditions, tal-prinċipju ta’ bona fide tal-Artikolu 1134 tal-kodiċi ċivili Belġjan (Code civil belge) kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli kuntrattwali tal-Kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ sussidju ASSET u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tar-regoli relatati mal-ispejjeż eliġibbli.
Full & Egal Universal Law Academy