18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/41
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-88/16)
(2016/C 136/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, A. Smith and D. Meale, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Jerusalem, l-Iżrael)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ALPHAREN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 320 297
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 2387/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 1(d)(2) tar-Regolament Nru 216/96 peress li żewġ membri tal-Bord li addottaw id-deċiżjoni originali tal-Bord tal-Appell tal-2014 (u d-deċiżjoni ta’ revoka tal-Bord tal-Appell tal-2015) kienu wkoll membri tal-Bord li adottat id-deċiżjoni kkontestata;
—
Ksur tal-Artikolu 50 tal-Regolament ta’ implementazzjoni minħabba l-użu ta’ provi ġodda li ma ġietx ippreżentata quddiem l-EUIPO fl-ewwel seduta ta’ oppożizzjoni;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba nuqqas li jiġi impost l-oneru tal-prova fuq il-persuna li topponi sabiex jiġi pprovat ix-xebh bejn l-oġġetti waqt l-oppożizzjoni;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti u b’mod ġenerali fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy