2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/51
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2016 – Murphy vs EUIPO – Nike Innovate
(Strumenti ta’ kejl, tagħmir u apparat)
(Kawża T-90/16)
(2016/C 156/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorreni: Thomas Murphy (Blackrock, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. Travers, SC, J. Gormley, Barrister, M. O’Connor, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nike Innovate CV (Beaverton, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn inkwistjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn inkwistjoni: disinn Komunitarju “strumenti ta’ kejl, tagħmir u apparat” – Disinn Komunitarju Nru 2 159 640-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 736/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPIO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jipprovdi smigħ xieraq lill-applikant;
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika l-grad reali ta’ libertà u ta’ restrizzjoni fid-disinn, u b’dan il-mod, ma mmotivax b’mod korrett jew adattat, id-deċiżjoni kkontestata;
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jagħmel evalwazzjoni xierqa u bir-reqqa, fattwalment korretta u realistika tal-impressjoni globali tad-disinni kollha u milli sussegwentement japplika din l-evalwazzjoni għal dawn id-disinni meta kkunsidra l-kwistjoni tal-karattru individwali.
Full & Egal Universal Law Academy