25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/33
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2016 – Sheridan vs Il-Parlament
(Kawża T-94/16)
(2016/C 145/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Gavin Sheridan (Midleton, l-Irlanda) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)13844 C, tal-14 ta’ Jannar 2016, li tiċħad l-applikazzjoni għall-konferma għal aċċess tar-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar informazzjoni fuq l-ispejjeż tal-vjaġġ, l-allowances ta’ kuljum, l-allowances għall-ispejjeż ġenerali u l-ispejjeż għall-assistenza parlamentari tal-membri tal-Parlament Ewropew;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkluż dawk tal-partijiet intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajjma mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew jixbhu dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-639/15, Psara vs Il-Parlament (ĠU 2016, C 48, p. 53).
Full & Egal Universal Law Academy