2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/52
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2016 – Aydin vs EUIPO – Kaporal France (ROYAL & CAPORAL)
(Kawża T-95/16)
(2016/C 156/70)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Savas Aydin (Pantin, Franza) (rappreżentanti: F. Watrin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaporal France (Marseille, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “ROYAL & CAPORAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 587 663
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 867/2015-2
Talbiet
—
Tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-EUIPO sabiex jipproċedi għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ROYAL & CAPORAL (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12587663),
—
tikkundanna lill-partijiet telliefa għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy