2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/53
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 – Solenis Technologies vs EUIPO (STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.)
(Kawża T-96/16)
(2016/C 156/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solenis Technologies LP (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Sanz Cerralbo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-UE “STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 355 508
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 613/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-UE Nru 13 355 508 “STRONG BONDS. TRUSTED SOLUTIONS.”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy