25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/33
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 – Kasztantowicz vs EUIPO – Gbb Group (GEOTEK)
(Kawża T-97/16)
(2016/C 145/41)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Martin Kasztantowicz (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Ronneburger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gbb Group Ltd (Letchworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “GEOTEK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 772 975
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 3025/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2014 (Deċiżjoni ta’ revoka Nru 9014 C);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regoli 57 u 65 tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tad-Deċiżjoni Numru EX-11-3 tal-President tal-EUIPO.
Full & Egal Universal Law Academy