2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/53
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2016 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Weetabix (Alpenschmaus)
(Kawża T-103/16)
(2016/C 156/72)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weetabix Ltd (Kettering, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Alpenschmaus” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 198 992
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2725/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy