10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/16
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2016 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)
(Kawża T-104/16)
(2016/C 165/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “FOREVER FAST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 217 411
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża R 770/2015-1
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna li l-konvenut jawtorizza r-reġistrazzjoni tat-terminu “FOREVER FASTER” għall-prodotti kkontestati;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ amministrazzjoni tajba stabbilita mil-liġijiet Ewropej.
Full & Egal Universal Law Academy