17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/17
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel)
(Kawża T-105/16)
(2016/C 175/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philip Morris Brands Sàrl (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Explosal Ltd (Larnaca, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva ta’ kulur abjad u iswed li tinkludi l-element verbali “Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 008 084
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2775/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jew ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10008084 għall-prodotti kollha [li saret applikazzjoni għalihom] jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell sabiex issir reviżjoni iktar iddettaljata tal-projbizzjonijiet imposti fl-Artikolu 8(1)(b) u fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tal-provi prodotti dwar ir-reputazzjoni u l-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy