17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/18
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)
(Kawża T-106/16)
(2016/C 175/21)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “ZIRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 12 264 958
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 71/2015-4
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy