17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/18
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIRHOLE FACE MASKS YOU IDIOT)
(Kawża T-107/16)
(2016/C 175/22)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Airhole Facemasks, Inc. (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: A. Michaels, Barrister u S. Barker, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: sindustrysurf, SL (Trapagaran, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “AIRHOLE FACE MASKS YOU IDIOT” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nruo9 215 427
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2547/2014-4
Talbiet tar-rikorrenti
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea nulla fl-intier tagħha jew, alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna sindustrysurf, SL għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy