10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/16
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Laboratoire de la mer vs EUIPO – Boehringer Ingelheim Pharma (RESPIMER)
(Kawża T-109/16)
(2016/C 165/18)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire de la mer (Saint-Malo, Franza) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “RESPIMER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 228 004
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016, fil-Każ R 3109/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “RESPIMER” Nru 11 228 004, għall-prodotti indikati kollha fil-klassijiet 3, 5 u 10;
—
tordna lil Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż kollha sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO, il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Motivi invokati
—
Billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-4 ta’ April 2013 tal-istitut nazzjonali Franċiż tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-istess trade marks, il-Ħames Bord tal-Appell naqas milli jipprovdi bażi legali għad-deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2016;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy