17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/21
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA)
(Kawża T-111/16)
(2016/C 175/25)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Prada SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Rich Prada International PT (Surabaya, l-Indoneżja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “THE RICH PRADA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 228 948
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2016 fil-Każijiet Magħquda R 3076/2014-2 u R 3186/2014-2
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk tilqa’ l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 012 477 fl-intier tagħhom;
—
sussidjarjament, tikkonferma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fl-intier tagħha;
—
taqleb id-deċiżjoni li Prada SA għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fl-ammont ta’ EUR 550, u tordna lil The Rich Prada International PT tħallas dawk l-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy