13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/54
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Sandvik Intellectual Proġperty vs EUIPO – Unipapel (ADVEON)
(Kawża T-115/16)
(2016/C 211/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sandvik Intellectual Property AB (Sandviken, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Maaßen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unipapel Industria, Comercio y Servicios, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kelma b’karattri standart “ADVEON” – reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 164 374
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 738/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda u li l-indikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali IR 1164374 għall-Unjoni Ewropea tiġi aċċettata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż;
—
tissospendi l-proċeduri sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 fil-kawża Länsförsäkringar AB v A/S Matek (Kawża C-654/15).
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.