6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/26
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Topera vs EUIPO – (RHYTMVIEW)
(Kawża T-119/16)
(2016/C 200/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Topera, Inc. (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: H. Sheraton, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni “RHYTHMVIEW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 483
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1368/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil kwalunkwe intervenjenti eventwali għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy