17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/24
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)
(Kawża T-120/16)
(2016/C 175/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Burlington” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 017 273 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 94/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;
—
tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy