17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/29
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID)
(Kawża T-128/16)
(2016/C 175/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SureID, Inc. (Hillsboro, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SUREID” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 698 675
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1478/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy