17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/30
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet)
(Kawża T-129/16)
(2016/C 175/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Claranet Europe Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentanti: G. Crown u D. Farnsworth, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Claro SA (São Paulo, il-Brażil)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja verbali bl-aħmar “claranet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 265 113
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 803/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO (u jekk ikun il-każ, lill-kull intervenjent) għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy