10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/19
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar fejn waħda hija rifless tal-oħra)
(Kawża T-130/16)
(2016/C 165/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar fejn waħda hija rifless tal-oħra) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 681 151
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 1933/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy