17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/31
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées vs BĊE
(Kawża T-134/16)
(2016/C 175/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées (Albi, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/100), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.
Full & Egal Universal Law Academy