6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/27
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2016 – Uniwersytet Wrocławski vs Il-Kummissjoni Ewropea u REA
(Kawża T-137/16)
(2016/C 200/39)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Uniwersytet Wrocławski (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentanti: W. Dubis, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA), li permezz tagħha ġie tterminat il-Ftehim ta’ Għotja Nr. 252908 għall-proġett COSSAR (Cooperative Spectrum Sensing Algorithms for Cognitive Radio Networks) (PIEF-GA-2009-252908), konkluż fis-26 ta’ Lulju 2010 fl-ambitu tas-Seba’ Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea – Appoġġ Ewropew għat-Taħriġ u għall-Iżvilupp ta’ Karrieri ta’ Riċerkaturi (Marie Curie), u r-rikorrenti ġiet ordnata tħallas lura porzjon mill-għajnuna finanzjarja fl-ammonti ta’ EUR 36 508,37 u ta’ EUR 58 031,38 Euro u d-depożitu tal-fondi ta’ garanzija fl-ammont ta’ EUR 6 286,68 Euro, u ġiet ordnata tħallas penalità kuntrattwali fl-ammont ta’ EUR 5 803,14;
—
tordna lir-REA tirrimborsa lir-rikorrenti l-porzjon mill-għajnuna finanzjarja fl-ammonti ta’ EUR 36 508,37 u ta’ EUR 58 031,38, id-depożitu tal-fondi ta’ garanzija fl-ammont ta’ EUR 6 286,68 kif ukoll il-penalità kuntrattwali mħallsa fl-ammont ta’ EUR 5 803,14, flimkien mal-interessi dekorribbli mill-jum ta’ kull ħlas rispettiv sal-jum tar-rimbors;
—
tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motiv marbut mal-interpretazzjoni ta’ REA tal-Artikolu III.3 [paragrafu 1(6)] (j) tal-Anness III tal-Ftehim tal-Għotja.
—
Ir-rikorrenti ssostni li, filwaqt li l-Ftehim tal-Għotja ma jinkludix definizzjoni legali tal-formulazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, madankollu l-interpretazzjoni komuni tmur kontra dik sostnuta mir-REA. Hija tinvoka r-regoli ta’ interpretazzjoni letterali, funzjonali u teleoloġika fis-seħħ taħt id-dritt Belġjan, li, skont il-Ftehim tal-Għotja, huma kompletament applikabbli għalih.
Full & Egal Universal Law Academy