17.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/33
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)
(Kawża T-139/16)
(2016/C 175/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sports Division SR, SA (SDSR) (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berghaus Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BERG OUTDOOR” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 116 936 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 153/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-EUIPO jawtorizza r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 116 936 kollha kemm hi;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy