30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/39
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs IEM
(Kawża T-141/16)
(2016/C 191/51)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Lejeune, rappreżentant)
Konvenuta: IEM – Erga – Erevnes – Meletes Perivallontos kai Chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja)
Talbiet
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 105 416,47 flimkien mal-interessi moratorji, bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid prinċipali fl-1 ta’ Lulju 2010 (2 %) flimkien ma wieħed fil-mija (1 %), jiġifieri b’kollox b’rata ta’ tlieta fil-mija (3 %), li għandu jiġi kkalkolat mis-6 ta’ Lulju 2010 u sal-jum tal-ħlas totali ta’ tali ammont, bit-tnaqqis ta’ EUR 30 208 (imħallsa bħala kumpens fl-4 ta’ Settembru 2010), u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għal dawk ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE quddiem il-Qorti Ġenerali, tintalab il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 75 208,47, flimkien mal-interessi, marbut mal-kuntratt FAIR-CT98-9544 għall-azzjoni bl-isem “Individwazzjoni ta’ metodu ġdid sabiex jitnaddaf u jitqaxxar il-frott”.
Il-Kummissjoni Ewropea tinvoka, bħala bażi legali prinċipali, il-ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-konvenuta filwaqt li ssostni, b’mod partikolari, li l-ammont imħallas lill-konvenuta skont il-kuntratt inkwistjoni ma ntużax għat-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni marbuta mal-kuntratt, u li l-konvenuta ma ressqet l-ebda att probatorju f’dan ir-rigward. Sussidjarjament, il-Kummissjoni Ewropea ssostni l-arrikiment indebitu tal-konvenuta, kif previst fl-Artikoli 904 u 908 tal-Kodiċi Ċivili.
Full & Egal Universal Law Academy