30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/39
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)
(Kawża T-143/16)
(2016/C 191/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intesia Group Holding GmbH (Böblingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INTESA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 105 277
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 632/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż quddiem din l-istanza, kif ukoll għal dawk għat-talba għal revoka quddiem l-EUIPO u għall-proċedimenti ta’ appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy