20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/22
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Corsini Santolaria vs EUIPO — Molins Tura (biombo 13)
(Kawża T-145/16)
(2016/C 222/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laura Corsini Santolaria (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Molins Tura (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “biombo 13” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 271 383
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 744/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, għall-klassijiet 25, 35 u 42 mitluba;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.