30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/41
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2016 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-146/16)
(2016/C 191/54)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Groninger Landschap (Haren, il-Pajjiżi l-Baxxi), It Fryske Gea (Opsterland, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Drentse Landschap (Assen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Overijssels Landschap (Dalfsen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Geldersch Landschap (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Flevo-Landschap (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Utrechts Landschap (De Bilt, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Landschap Noord-Holland (Heiloo, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Zuid-Hollands Landschap (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Zeeuwse Landschap (Heinkenszand, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Noordbrabants Landschap (‘s Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stichting Het Limburgs Landschap (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat02 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, bin-numru C(2015) 5929 finali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1)TFUE
—
Ir-rikorrenti jsostnu li fil-Pajjiżi l-Baxxi il-protezzjoni tan-natura hija servizz ta’ interess ġenerali fis-sens tal-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali (ĠU 2012 C 326 , p. 308) u mhux attività ekonomika.
—
Ir-rikorrenti, b’mod żbaljat, ġew ikklassifikati bħala impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Huma jsostnu qabel kollox li huma organi ta’ ġestjoni ta’ artijiet mingħajr skop ta’ lukru, ikkostitwiti sabiex jintlaħaq għan ta’ interess pubbliku (mhux ekonomiku). Huma jinvokaw sussidjarjament li huma ma humiex impriżi meta huma jakkwista artijiet permezz ta’ suissidji miksuba skont ir-Regeling bijdragen particuliere terreinbeherende natuurbeschermingsorganisaties (skema ta’ sussidji għal organi privati ta’ protezzjoni tal-ambjent li jiġġestixxu artijiet).
—
L-iskema ta’ sussidji ma tiġġenera l-ebda vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-kundizzjonijiet marbuta magħha.
—
L-iskema ta’ għajnuna ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni.
—
L-iskema ta’ għajnuna ma jistax ikollha effett dannuż fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy