13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/57
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – Ecolab USA vs EUIPO (ECOLAB)
(Kawża T-150/16)
(2016/C 211/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u C. Menebröcker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “ECOLAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 180 255
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 644/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.