6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/29
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 – GRID applications vs EUIPO (APlan)
(Kawża T-154/16)
(2016/C 200/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRID applications GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Meyenburg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni verbali “Aplan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 079
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1819/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, bil-konsegwenza li l-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja CTM 13374079 konformement mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u, sussidjarjament, limitatment għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42, jew l-iktar, unikament għall-klassijiet 9 u 42.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell quddiem l-UASI/EUIPO kif ukoll ta’ dawn il-proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009.