13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/59
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss u Oħrajn (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)
(Kawża T-155/16)
(2016/C 211/73)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Rohlfing u G. Engels, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michael Bloss (Nürtingen, il-Ġermanja), Dietmar Ernst (Nürtingen), Joachim Häcker (Nürtingen)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 569 765
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21/1/2016 fil-Każ R 454/2015-2
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nruo9 569 765 mitluba mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew;
—
fil-każ li l-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jintervjenu fil-kawża, tikkundannhom għall-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti kemm fil-proċeduri tal-appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.