30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/44
Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2016 minn Inge Barnett, Suzanne Ditlevsen, Annie Madsen mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 66/15, Barnett et vs KESE
(Kawża T-158/16 P)
(2016/C 191/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka), Suzanne Ditlevsen (Copenhagen, id-Danimarka), Annie Madsen (Frederiksberg, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Talbiet
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-66/15, Barnett et vs KESE, hija annullata;
tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda li,
—
id-deċiżjonijiet li jinsabu fl-islips tal-pensjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2014 li permezz tagħhom il-koeffiċjent korrettur applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti huwa mnaqqas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, huma annullati,
—
il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-148/16 P, Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy