13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/61
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2016 – Metronia vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE O NADA)
(Kawża T-159/16)
(2016/C 211/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE O NADA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 603 529
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 2605/2014-4
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-15 ta’ Frar 2016, billi tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.