20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/23
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Puma vs EUIPO - CMS (CMS Italy)
(Kawża T-161/16)
(2016/C 222/29)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Costruzione Macchine Speciali Srl (CMS) (Alonte, Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CMS ITALY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 150 538
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 229/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata abbażi tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-Costruzione Macchine Speciali Srl (CMS) għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikoli 8(5) u 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tar-Regola 19(2) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba.