6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/32
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2016 – Panzeri vs Il-Parlament
(Kawża T-166/16)
(2016/C 200/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja) (rappreżentant: C. Cerami, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors u b’hekk tannulla l-atti kkontestati minħabba l-illegalità tagħhom;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas lura tas-somma ta’ EUR 12 000, miżjuda bl-interessi u b’aġġustament għall-inflazzjoni, jew ta’ somma ogħla li, matul il-proċedura, ser titħallas skont l-ordni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-nota bir-referenza D302681, tal-11 ta’ Frar 2016, tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, li fiha l-motivazzjoni għall-allegata nota ta’ debitu Nru 2016-217 tal-istess data, li għandha bħala suġġett l-irkupru tas-somom li allegatament tħallsu indebitament bħala allowances ta’ assistenza parlamentari.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-677/15, Panzeri vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (ĠU 2016 C 27, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy