13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/62
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2016 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)
(Kawża T-174/16)
(2016/C 211/77)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wessel-Werk GmbH (Reichshof, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolf PVG GmbH & Co. KG (Vlotho, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għad-disinn inkwistjoni: ir-rikorrenti
Disinn inkwistjoni: id-disinn Komunitarju Nru 725932-0004 (aċċessorji tat-tindif tal-vacuum cleaner)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1652/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-partjiet telliefa għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.