13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/64
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Mema vs CPVO (Braeburn 78 [11078])
(Kawża T-177/16)
(2016/C 211/79)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mema GmbH kumpannija agrikola (Terlano, l-Italja) (rappreżentanti: B. Breitinger u S. Kirschstein-Freund, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO
Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Braeburn 78 (11078) – Applikazzjoni għal dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti Nru 2009/0954
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-12 ta’ Frar 2016 fil-Każ A001/2015
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni mill-ġdid bl-istruzzjoni li dan jannulla d-deċiżjoni kkontestata u jordna lis-CPVO iwettaq eżami komplementari skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Nru 2100/94;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-12 ta’ Frar 2016 (Każ A001/2015);
—
sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax l-ewwel u t-tieni talba, tissospendi l-proċedura tar-rikors skont l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015 (iktar ’il quddiem ir-“Regoli tal-Proċedura”) sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-proċedura skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 2100/94 dwar it-tħassir tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti mogħi għall-Varjetà ta’ Referenza “Royal Braeburn” (Applikazzjoni Nru 1998/1082; Varjetà Nru 11960). Din l-azzjoni tikkundizzjoni l-proċedura preżenti peress li skont l-eżitu tagħha l-varjetà ta’ referenza ma tibqax eżistenti jew ikun jidher li s-sit ta’ Angers-Beaucouzé ma kienx adattat u ma huwiex adattat għall-eżamijiet (ara l-punt 12) u li eżami komplementari kien neċessarju jew ma kienx neċessarju;
—
tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Eċċess ta’ poter – Ksur tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur ta’ regola ta’ dritt applikabbli fl-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur tal-punt 57 tal-protokoll tekniku tas-CPVO dwar varjetajiet tat-tuffieħ;
—
Ksur tat-Titolu IV tal-protokoll tekniku tas-CPVO dwar varjetajiet tat-tuffieħ;
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 ta-Regolament Nru 2100/94 – dritt għal smigħ;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 2100/94 – motivazzjoni insuffiċjenti.