20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/26
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE)
(Kawża T-180/16)
(2016/C 222/33)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guinot SAS (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “MASTER SHAPE”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 566 262
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23/02/2016 fil-Każ R 2907/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, sa fejn jinkludu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.