27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/23
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – NRJ Group vs EUIPO - Sky International (SKY ENERGY)
(Kawża T-184/16)
(2016/C 232/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NRJ Group (Boileau, Franza) (rappreżentant: M. Antoine Lalance, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky International AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SKY ENERGY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 727 322
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3137/2014-5
Talbiet
—
tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tilqa’ l-oppożizzjoni f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li ġejjin:
Klassi 9: programmi tar-radju rrekordjati; programmi rrekordjati għax-xandir jew għal trażmissoni b’mezzi oħra fuq ir-radju;
Klassi 38: xandir bir-radju; servizzi ta’ trażmissjoni u ta’ komunikazzjoni; xandir u/jew trażmissjoni ta’ programmi tar-radju; xandir u/jew trażmissjoni bis-satellita, televiżjoni diġitali terrestri, cable, linja diġitali tal-abbonat u xandir broadband u/jew trażmissjoni ta’ programmi awdjo; trażmissjoni ta’ programmi awdjo (bil-mezzi kollha); provvista ta’ aċċess għall-informazzjoni, għall-attwalità u għall-informazzjoni dwar l-isport; telekomunikazzjonijiet ta’ informazzjoni (inklużi paġni web); telekomunikazzjoni u/jew komunikazzjoni u/jew xandir u/jew trażmissjoni ta’ programmi tar-radju;
Klassi 41: servizzi ta’ divertiment bir-radju; preżentazzjoni u distribuzzjoni ta’ programmi tar-radju; provvista ta’ informazzjoni, ta’ informazzjoni dwar temi ta’ attwalità u ta’ informazzjoni dwar l-isport; servizzi ta’ informazzjoni, ta’ informazzjoni dwar temi ta’ attwalità u ta’ informazzjoni edukattiva; distribuzzjoni ta’ programmi tar-radju; provvista ta’ programmi tar-radju;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fid-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tagħha;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata għall-prodotti u s-servizzi kollha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.