4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/36
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)
(Kawża T-185/16)
(2016/C 243/39)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Make up for ever SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 371 341
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3222/2014-5
Talbiet
—
tikkonkludi favur il-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea semi-figurattiva “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” Nru 3 371 341 għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fir-rikors;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
terġa’ tibgħat il-kawża quddiem l-EUIPO sabiex tingħata segwitu ulterjuri, jekk ikun neċessarju;
—
tikkundanna lill-kumpannija L’Oréal għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.