4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/37
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik vs EUIPO – Viña y Bodega Botalcura (LITU)
(Kawża T-187/16)
(2016/C 243/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viña y Bodega Botalcura SA (Las Condes, iċ-Ċilì)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LITU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 684 833
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 719/2015-2
Talbiet
—
tagħti sentenza li taċċetta r-rikors, u tannulla b’mod sħiħ id-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali LITU fir-rigward tal-prodotti kollha;
—
tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.