20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/29
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2016 – repowermap vs EUIPO - Repower (REPOWER)
(Kawża T-188/16)
(2016/C 222/37)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: (Berne, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjeta’ Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repower AG (Brusio, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “REPOWER” - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 020 351
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2311/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla t-trade mark ikkontestata għas-servizzi u għall-prodotti kollha li ma ġewx annullati mid-deċiżjoni kkontestata, minbarra l-ippakkjar u l-ħażna tal-merkanzija (Klassi 39); organizzazzjoni ta’ vjaġġi (Klassi 39); apparat għat-tifi tan-nar (Klassi 9);
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Repower AG għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.