27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/24
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2016 – Migros-Genossenschafts-Bund vs EUIPO – Luigi Lavazza (CReMESPRESSO)
(Kawża T-189/16)
(2016/C 232/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Migros-Genossenschafts-Bund (Zürich, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Treis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Luigi Lavazza SpA (Torino, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “CReMESPRESSO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 919 541
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 2823/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tilqa’ l-appell tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u sa fejn hija tannulla id-deċiżjoni tal-EUIPO, tal-24 ta’ Ottubru 2014, parzjalment, jiġifieri għal “tagħmir li jagħmel il-ġelat, magni għat-tħejjija tal-ġelat, u kafettieri tal-elettriku” fil-Klassi 11, u “Magna elettriċi għat-tkissir tas-silġ” fil-Klassi 7;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009