20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/30
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2016 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-190/16)
(2016/C 222/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318, tal-4 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 76) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311, tal-4 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;
—
tordna ċerti miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, b’mod partikolari:
—
mistoqsijiet lill-Kunsill;
—
stedina lill-Kunsill sabiex jippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub jew orali dwar ċerti aspetti tat-tilwima;
—
talbiet għal informazzjoni jew għal tagħrif lill-Kunsill u lil terzi, b’mod partikolari lill-Kummissjoni, lill-SEAE u lill-Ukrajna;
—
stedina għall-produzzjoni ta’ dokumenti jew provi rigward il-kawża;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali
Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tad-dritt għal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jikkritika n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi adottati.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-Kunsill għamel użu ħażin ta’ poter peress li bl-introduzzjoni tal-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent ġew prinċipalment segwiti skopijiet li ma humiex konformi mal-konsolidazzjoni u mas-sostenn fil-fatt tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jallega, b’mod partikolari, ksur tad-dritt għal trattament imparzjali, ksur tad-dritt għal trattament ġust u ekwu u ksur tad-dritt għal investigazzjoni bir-reqqa tal-fatti.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni