4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/38
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Andrea Incontri vs EUIPO – HigicoL (ANDREA INCONTRI)
(Kawża T-197/16)
(2016/C 243/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Incontri Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HigicoL, SA (Baguim do monte, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ANDREA INCONTRI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 985 323
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 146/2015-4
Talbiet
—
tibdel totalment id-deċiżjoni kkontestata;
—
konsegwentement, taċċetta l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 985 323 ANDREA INCONTRI fl-intier tagħha;
—
tordna li l-partijiet ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, kif ukoll dawk tal-oppożizzjoni tal-EUIPO u tal-proċedimenti tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.