20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/33
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2016 – Fondo interbancario di tutela dei depositi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-198/16)
(2016/C 222/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fondo interbancario di tutela dei depositi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini, G. Faella, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015)9526 finali, tat-23 ta’ Diċembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN);
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda l-konstatazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna li jinsab fil-miżura 3;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors preżenti hija l-istess bħal dik li hija ikkontestata fil-Kawżi T-98/16, L-Italja vs Il-Kummissjoni u T-196/16, Banca Tercas vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imqajma f’dawn iż-żewġ kawżi.