20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/34
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-200/16)
(2016/C 222/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gfi PSF Sàrl (Leudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Marzu 2016 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 u d-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2016 li jiċħdu l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-qafas tal-kuntratt pubbliku Ewropew Nru 10573 “Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet ibbażati fuq it-teknoloġija SharePoint u s-servizzi editorjali għat-tixrid tal-Internet”, ippubblikat b’avviż tas-17 ta’ Diċembru 2015, għal-lott Nru 1 ta’ valur totali ta’ EUR 2 005 704 fuq erba’ snin;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni subiti fl-ammont ta’ EUR 415 000;
—
timponi fuq l-Uffiċċju l-ispejjeż esposti mir-rikorrenti u mill-Uffiċċju.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Nru 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 286, p. 1).